Il-Prim Ministru Joseph Muscat issokta bl-impenji tiegħu fi New York fejn f’indirizz li għamel waqt is-summit ta’ paċi f’ġieħ Nelson Mandela, tkellem dwar l-isfida dinjija bħal dik tal-immigrazzjoni.
Hawnhekk saħaq li Malta tibqa’ impenjata biex toffri l-għajnuna possibbli biex tindirizza l-fenomenu tal-immigrazzjoni.F’dan il-kuntest, il-Prim Ministru Joseph Muscat semma’ l-Valletta Summit li sar bejn il-mexxejja Ewropej u dawk Afrikani li fuq l-istess mejda ftehmu dwar passi li kellhom jadottaw biex jindirizzaw il-problema tal-immigrazzjoni.
Fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mit-twelid ta’ Nelson Mandela, Dr Muscat spjega li flimkien bħala komunità internazzjonali rridu niċċelebraw il-valuri li nissel Mandela tul il-ħajja pubblika tiegħu.