Fl-ewwel indirizz tiegħu fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, bħala Prim Ministru ta’ Malta, Dr. Abela semma l-immigrazzjoni u kif qed tolqot lill-pajjiżna fi sfida globali oħra bla preċedent, jiġifieri l-pandemija Covid-19.
Hawnhekk il-Prim Minsitru Abela qal li jekk xejn il-pandemija tal-Covid-19 għallmitna kollha l-bżonn li s-solidarjetà tkun waħda globali fi kwalunkwe aspett.
Qal li “Malta, as one of the frontline countries at the EU’s external border, is faced every day with irregular crossings. These people want a better life, but my country is small and our capacity to handle such flows is very limited. The EU has this week launched its migration package, but the UN also has a major role in addressing this human and global challenge. It must work with its agencies and partners around the world to help people build a better life so that less people are victims of people smugglers and lives are saved.”
Il-Prim Ministru laqa’ wkoll il-fatt li l-Gvern Libjan immexxi minn Fayez-al Sarraj, li hu rikonoxxut mill-Ġnus Magħquda, ordna li jieqaf il-ġlied f’dan il-pajjiż.
Il-Prim Ministru semma wkoll il-ħidma id f’id mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa anki waqt il-pandemija.
Fl-indirizz fil-ħamsa u sebgħin Assemblea Ġenerali, il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-azzjonijiet f’waqthom li ħa l-Gvern Malti biex itaffi l-impatti soċjo-ekonomiċi tal-pandemija fuq is-saħħa u l-ekonomija. Semma fost l-oħrajn kif il-pakketti ta’ għajnuna tal-gvern salvaw eluf ta’ postijiet tax-xogħol.
Spjega kif “Today Malta’s employment rate has also exceeded both the national and EU headline targets for Europe 2020. As we look towards a “new normal”, Malta continues to work towards taking a human-centred approach to reform related to the world of work. Our priority for the upcoming period is to continue building on what has been achieved so far by enhancing labour market access for all groups through continued upskilling, labour market incentives and by facilitating the transitions towards labour market participation as well as working towards promoting long term employability.”
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-miri ambjentali ambizjużi li għandu l-Gvern Malti biex ikompli jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar liċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż.
Qal “It is for this reason that I look towards a future where we have a carbon neutral planet by 2050. Because if anything, the pandemic has highlighted the value of our quality of life and the protection of human health.”
Il-Prim Ministru Robert Abela temm ifisser il-pożizzjoni ta’ Malta bħala pajjiż newtrali, li jrid jippromwovi l-paċi, l-ugwaljanza, is-sigurtà u s-solidarjetà soċjali. Hawn tkellem dwar kif Malta se taħdem biex tiġi eletta bħala membru mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti bejn l-2023 u l-2024.