Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-Uffiċċju Rappreżentattiv tal-Bank of Valletta f’Londra.
Dr Muscat qal li l-ftuħ tal-uffiċċju tal-Bank of Valletta f’Londra juri kemm l-ekonomija Maltija u s-sistema bankarja evolviet f’dawn l-aħħar snin.
Dr Muscat sostna li pajjiżna sar dejjem aktar iffokat fuq tkabbir lil hinn minn xtutna, u qed ikun aktar proattivi fil-mod kif qed ifittex l-investment dirett barrani filwaqt li jsaħħaħ il-mira tiegħu fix-xena internazzjonali.
Iċ-Chairman tal-Bank Deo Scerri esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-bank għandu issa preżenza fiżika f’Londra, iċ-ċentru kożmopolitan tas-servizzi finanzjarji.
Is-Sur Scerri spjega li l-preżenza tal-Bank hija xprunata mill-istrateġija korporattiva li qed tħares lejn dan l-uffiċċju bħala rabta importanti fin-netwerk eżistenti tiegħu ta’ uffiċċji rappreżentattivi li jagħmlu l-Bank of Valletta aċċessibbli għal bażi usa’ ta’ klijenti.
Il-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju ġdid jenfasizza l-interess tal-Bank fis-suq Ingliz, li huwa suq importanti għal Malta fil-kuntest reġjonali Ewropew.
Is-Sur Dipak Chouhan se jkun responsabbli mit-tmexxija ta’ dan l-Uffiċċju f’Londra.