Investiment ta’ erbgħa u għoxrin ewro mill-kumpanija Taljana Rimorchiatori Riuniti bil-kisba ta’ tliet laneċ tal-irmonk ġodda li se jiżdiedu mal-flotta tal-kumpanija Tug Malta mwaqqfa mill-Gvern fis snin tmenin..
Waħda mit-tug boats il-ġodda li ssemmiet St Angelo ġiet inawgurata waqt ċerimonja li saret fil-Port il-Kbir il-Ġimgħa fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle Muscat.
It-tliet tugboats li nġiebu minn Ġenova fl-Italja huwa mgħammra bl-aħħar teknoloġija għax-xogħol tal-irmunkar u t-tagħbija tal-opri tal-baħar.Permezz ta’ dawn il-laneċ, Tug Malta se tkun f’qagħda li tipprovdi servizz għal vapuri akbar li jidħlu fil-portijiet Maltin.
Aktar importanti minn hekk, din il-flotta l-ġdida se tkun kapaċi tipprovdi servizz lit-tanker tal-LNG sorġut fil-port ta’ Marsaxlokk għal aktar sigurtà u servizzi ta’ emerġenza. Dan peress li huma mgħammra b’tagħmir soffistikat għat-tifi tan-nar.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-suċċess li għamlet Tug Malta tul is-snin sa mit-twaqqif tagħha fis-snin tmenin.
Huwa sejjaħ bħala suċċess il-privatizzazzjoni li saret fl-2006 bejn Tug Malta u Rimochiatori Riuniti. Qal li dan wassal għat-tkabbir ekonomiku ta’ Malta u tal-qasam marittimu.
Dr Muscat qal li s-suċċess ta’ din is-sħubija huwa eżempju mill-aqwa bejn is-settur pubbliku u privat.
It-tug boat il-ġdida tnediet fix-xata ta’ Pinto, bis-Sinjura Michelle Muscat ingaħtat it-titlu bħala Madrina hekk kif inhi t-tradizzjoni tal-kumpanija.