B’investiment ta’ €9 miljun, il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura fil-qalba ta’ Tas-Sliema l-akbar stabbilment ta’ Zara fl-Ewropa. B’dan l-investiment l-għadd ta’ ħaddiema aktar minn se jirdoppja minn 80 ħaddiem għal 175.
Il-kumpless mifrux fuq seba’ sulari jinkludi ħames sulari ta’ ħwienet għan-nisa, irġiel, tfal u affarijiet għad-dar u żewġ sulari oħra ta’ uffiċini u maħżen.
Fl-inawgurazzjoni tal-kumpless, Dr Muscat qal li dan l-investiment sar fi żmien meta l-ekonomija ta’ pajjiżna qed tikber b’ritmu mgħaġġel.
Il-Direttur tal-kumpanija PG Group, John Zarb qal li l-investiment kien meħtieġ biex ilaħħaq mal-kompetizzjoni fis-suq lokali.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Charles Borg qal li dan l-investiment sar minħabba l-fatt li l-ekonomija qed tikber b’rata mgħaġġla. Qal li r-riġenerazzjoni li saret tal-kumpless wassal biex aktar klijenti jersqu lejn l-istabbiliment il-ġdid tagħhom.