Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-ewwel stabbiliment ta’ Kasanova f’pajjiżna.
Taħt it-tmexxija tal-kumpanija Grech & Ellul, dan l-ewwel ħanut fin-Naxxar infetaħ b’investiment ta’ nofs miljun ewro.
Kasanova hija waħda mill-ikbar ditti fl-Italja u l-ħsieb tal-kumpanija huwa li tkompli tifrex l-istabbilimenti tagħha f’lokalitajiet oħra madwar Malta.
Akkumpanjat mid-Direttur ta’ Kasanova Malta, Yani Ellul, Dr Abela żar l-ewwel ħanut ta’ Grech & Ellul u ltaqa’ mal-ħaddiema tal-kumpanija filwaqt li sema’ iżjed dwar l-investiment li għamlet il-kumpanija matul dawn l-aħħar snin.
It-tmexxija ta’ Kasanova laqgħet lill-Prim Ministru u spjegat dwar l-investiment li sar f’pajjiżna biex Kasanova tkun tista’ tilqa’ l-ewwel klijenti fil-jiem li ġejjin.
“We believe Malta is very dynamic market, open for new ideas and is also, of course neighbouring country with very close culturally. So, this is of course ideal for us, as a first step to expand our franchising model abroad.”
Jukka Rovamaa
Il-Prim Ministru nnota il-perseveranza u r-reżiljenza li għandha l-kumpanija Grech & Ellul li minn bidu sempliċi lura fil-ħamsinijiet, illum il-ġurnata l-ġenerazzjonijiet sussegwenti rnexxielhom jattiraw kumpanija internazzjonali bħal Kasanova biex tiftaħ l-ewwel stabbiliment f’pajjiżna. Dr Abela rringrazzja lill-ħaddiema li se jkunu qegħdin jiffurmaw parti mit-tim ta’ Kasanova u lill-kumplament tat-tim li kien parti minn dan is-suċċess.
Min-naħa tiegħu, is-Sur Ellul stqarr li dan l-investiment seta’ jkun possibbli biss grazzi għal qagħda ekonomika b’saħħita li jinsab fiha pajjiżna.
Huwa qal ukoll li l-investiment li sar kien l-għażla naturali għal kumpanija biex tkompli timraħ u tilħaq iżjed is-suq lokali.
“Id-ditti li diġa’ nirrappreżentaw, li huwa ġġanti fl-industrija tagħna, dik għenet biex fetħet daqsxejn bibieb u naħseb il-proġett illi pproponejna, illi jkun proġett ta’ home docer centre għenet ħafna biex ikkonvinċejna lill-Kasanova jiġu Malta.”
Yani Ellul
Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm il-Membri Parlamentari Chris Agius u Romilda Zarb.