Sitt snin mill-ftugħ ta’ Vini e Capricci, il-kumpanija kompliet tiddiversifika u twaħħad prodotti kulinarji ta’ livell internazzjonali ma’ prodotti ta’ eċċellenza Għawdxin.
Fl-aħħar jiem il-kumpanija inawgurat investiment ġdid ta’ ta’ ‘l fuq minn tliet miljun u ħames mitt elf ewro bħala parti mill-viżjoni tagħha li żżewweġ u tiżviluppa l-kultura tal-ikel, l-inbid u l-arti. Kumpanija li bdiet bi ħdax-il ħaddiem u llum qed timpjega f’Għawdex madwar ħamsin ħaddiem.
Fl-inawgurazzjoni, is-sid ta’ Vini e Capricci Abraham Said qal l-prodotti lokali u internazzjonali tagħhom jistgħu jofrru esperjenza unika għax il-missjoni tagħhom tmur lil hinn minn sempliċi konsum ta’ prodotti. Saħaqt li l-għan tal-kumpanija tiegħu hi li toffri wkoll esperjenza ta’ eċċellenza lil kull min iżur lill-pajjiżna.
Huwa ta ħajr ukoll lil bosta enitajiet pubbliċi li emmnu fil-kumpanija u fil-kunċett ta’ Vini e Capricci fosthom l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Malta Enterprise u l-ministeri rispettivi tagħhom, is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd u l-Ministeru għal Gawdex li miegħu għaddejjin it-taħditiet għar-riġenerazzjoni ta’ spazju miftuħ f’Gozitano.
Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat li faħħar il-viżjoni ta’ din il-kumpanija u tas-Sur Said li qal li jissimbolizza l-intraprenditorija f’Għawdex.