B’investiment ta’ miljun u seba’ mitt elf ewro, il-Prim Ministru Robert Abela inawgura faċilità moderna ġdida msejħa ‘Basecamp’ biex jiġu akkomdati start-ups fil-qasam tal-Gaming u tal-Esports.
‘Basecamp’ fil-binja tar-reġistru tan-negozju fiż-Żejtun se takkommoda għaxar studios ta’ daqs differenti.
Din il-faċilità, li għandha ’l fuq minn seba’ mija u ħamsin metru, se tkun titmexxa minn Gaming Malta.
Din il-faċilità se jkun qed titwaħħad mal-istrateġija tal-Gvern, jiġifieri dik li jkun hemm elfejn u ħames mitt ħaddiem ġdid matul l-għaxar snin li ġejjin.
Il-faċilità ‘Basecamp’ se tipprovdi spazju tal-uffiċini bi skemi ssussdjati, se tkun qed tmexxi wkoll workshops bil-għan li tkabbar l-għarfien fil-qasam tal-gaming u tgħaqqad lill-kumpaniji iżjed bejniethom.
Din il-faċilità se sservi bħala ċentru għall-avvenimenti, konsultazzjoni fil-qasam tal-gaming u one-stop-shop għal dawk li jaħdmu f’dan is-settur li kull ma jmur dejjem qiegħed jiżdied f’pajjiżna.
Dan il-proġett ġie mfaħħar mill-eks Kap ta’ Sony PlayStation, Chris Deering.
Huwa qal li l-Gvern Malti huwa wieħed enerġetiku u progressiv.
Deering qal kif il-faċilità ‘Basecamp’ hija pass ieħor f’din l-istorja ta’ suċċess ta’ pajjiżna u spjega kif din il-faċilità hija post speċjali fejn l-ideat jistgħu jimirħu u jsiru negozji ġodda.
Huwa qal, “Over the past ten years, I have seen seen Sony Developer firm in Malta emerge as a California of Europe. The games’ companies of all types and frankly this is no accident. The energetic and progressive government of Malta is always pushing the involved.”
F’din l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ waħda mill-iżjed kumpaniji Ingliżi b’saħħitha fit-teknoloġija, li għażlet lil pajjiżna biex tiftaħ il-fergħa tagħha f’din il-faċilità.
Huwa tenna: “Malta, you’ve got the innovation hub already, you got the creativity, you got the talent, so we thought that it is really good location to have, especially we got the Brexit this got us the opportunity to have an EU outpost as well.”
Dr Abela ltaqa’ wkoll ma’ kumpaniji oħra li għażlu li jiftħu f’din il-faċilità, fosthom ta’ MetaverseMe: “I think that Basecamp offers and helps that started and provide all the facilities, the things that we actually need to be able to focus on our product, our application MetaverseMe, instead of having to look in all the other things, having to took care bureaucracy and paper work. Here we can actually work and get started right away and don’t have the hassle of you know the things that are secondary to us.”
Intant l-aħwa Andrew u Julian Farrugia, fundaturi ta’ Anvil Game Studios, qalu li l-Gvern qed ikompli jattira iżjed kumpaniji f’dan is-settur u jwassal biex jagħżlu lil Malta bħala l-post ideali minn fejn jaħdmu.
Preżenti mal-Prim Ministru għaż-żjara f’Basecamp kien hemm il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri, iċ-Chairperson ta’ GamingMalta, Alistair Dalli u l-Uffiċjal Kap Operattiv ta’ Gaming Malta, Ivan Filetti.