Dalgħodu l-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat inawgura l-espansjoni tal-uffiċini ta’ Chetcuti Cauchi Advocates fil-Belt Valletta.
Dan fl-okkażjoni ta’ 15-il sena bħala ditta legali li taħdem fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u li timpjega magħha 170 persuna.
Kwazi 30% minn dawk impjegati huma barranin minn 23 pajjiż differenti, b’70% huma nisa bi kważi 50% minnhom jaħdmu fil-maniġment tal-kumpanija.
Il-Prim Ministru qal li Chetcuti Cauchi Advocates huma eżempju perfett tal-ispirtu intraprenditorjali Malti li juri l-kapaċità tal-Maltin li jkunu nnovattivi.
Sostna li l-Gvern jinsab impenjat li jibqa’ leali u ddeterminat bħala sieħeb f’din l-industrija.