Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri inawguraw investiment ġdid biswit il-ħwienet prinċipali ta’ Gram Collections b’investiment ta’ €290,000.
Din hija l-ewwel fażi tal-proġett li fiż-żmien li ġej se jara investiment ieħor li jammonta għal €250,000.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li din l-estensjoni hija għal darb’oħra turija ċara li l-privat u l-investituri għandhom fiduċja assoluta fil-ħidma ta’ dan il-Gvern u l-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna, li fiż-żmien li ġej mistennija tkompli tirkupra.
Il-Ministru Silvio Schembri stqarr li dan huwa mument għan-negozji li jkunu innovattivi, jinvestu u jsaħħu l-prodott tagħhom.
Il-fundatur tal-kumpanija tal-ġojjellerija George Tabone qal li llum il-ġurnata, Gram Collections sar sinonimu mal-poplu kollu.