Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura ċentru għar-riċerka dwar il-blockchain u l-intelliġenza artifiċjali f’Għawdex li se jkun immexxi minn Noovle Group. Noovle hija kumpanija Ewropea b’uffiċċji fl-Italja, Pariġi, u Bratislava, u issa, Għawdex.
Dan wara li Noovle iddeċiediet li tespandi l-operat tagħha fil-hub tal-innovazzjoni f’Għawdex. Il-grupp ta’ ħaddiema li se jaħdmu f’din il-bażi se jkunu ċċertifikati minn Google wara taħriġ speċifiku. Dan iċ-ċentru ta’ riċerka għandu l-għan li jikkumplimenta l-iżvilupp teknoloġiku ta’ Malta. Sal-2020, Noovle se żżid il-ħaddiema tagħha b’35 bil-għan li żżid il-vantaġġ kompetittiv tas-suq lokali.
Preżenti għall-ftuħ kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, u rappreżentanti ta’ Noovle.
Investment in #innovation spreading to #Gozo with the setting up of #blockchain and #AI research centre by @Noovle_Group supported by @googlecloud -JM pic.twitter.com/t7pTnprlCi
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) November 21, 2018