Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura binja ġdida li se sservi bħala Ċentru Laburista tal-Ħamrun.
F’indirizz li għamel, il-mexxej Laburista faħħar il-ħidma tal-Kumitat Lokali Laburista Ħamruniż.
“Dan huwa kumitat ħabbrieki li sab binja minn fejn jorganizza u jimmodernizza l-operat tal-Partit Laburista”, saħaq Dr Muscat.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph De Battista spjega kif wara sitwazzjoni fejn il-partit kien ħa jispiċċa bla proprjetà fil-Ħamrun, il-Kumitat Lokali ta’ din il-lokalità stinka biex illum għandu dar li jista’ jaħdem minnha.
Iċ-Ċentru Laburista fil-Ħamrun jinsab f’pożizzjoni ċentrali u huwa mgħammar sabiħ ħafna, b’żewġ kmamar imdaqqsin.