F’jum ieħor ta’ kampanja elettorali l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela kompla jiltaqa’ man-nies fil-Marsa u fil-Qrendi.
Quddiem ġemgħat mill-isbaħ ta’ nies li nġabru biex jilqgħu lill-Prim Ministru, DrAbela tenna kif il-ġurnata tas-26 ta’ Marzu dejjem qed toqrob u b’hekk saħaq fuq l-importanza tal-għażla bejn Partit li jrid joħodna ’l quddiem lejn futur mill-isbaħ u Partit li jrid joħodna lura fil-passat.
Hawn Dr Abela semma wħud mill-wegħdiet tal-Partit Nazzjonalista li jikkonfermaw li jridu jeħduna fil-passat fosthom dik li tikkonċerna l-kirjiet ta’ qabel l-1995 u l-ammissjoni li għalihom il-pensjonijiet mhumiex sostenibbli.
Il-Prim Ministru rrimarka wkoll id-differenza għal Gvern Laburista li fi kriżi tal-pandemija ħa ħsieb il-kulħadd.