It-Tlieta filgħaxija l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela kompla jiltaqa’ man-nies fl-Imqabba u Ħal Għaxaq.
Propju erbat ijiem ’il bogħod mill-elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru appella lil kulħadd sabiex jiġbor id-dokument tal-vot u jmur jivvota lill-Partit Laburista li għandu pjan ċar għall-futur ta’ dan il-pajjiż.
B’kuntrast għall-Partit Nazzjonalista diviżiv, Robert Abela qal kif il-Partit Laburista fil-Gvern nvesta kemm felaħ fil-Maltin u l-Għawdxin tul is-snin, u hekk se jibqa’ jagħmel jekk jingħata fiduċja s-Sibt li ġej.
Robert Abela temm din il-laqgħa man-nies billi wassal messaġġ sabiex kulħadd jibqa’ magħqud, ħalli b’hekk il-pajjiż jibqa’ miexi ’l quddiem.