It-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela kompla jiltaqa’ man-nies fl-Imġarr u f’Santa Venera.
Quddiem folla sabiħa l-Prim Ministru qal kif fis-sitta u għoxrin ta’ Marzu l-poplu Malti u Għawdxi għandu għażla bejn moviment li jipprovdi l-istabbilità u l-għaqda, u Oppożizzjoni li hija maħkuma mill-firda.
Hawnhekk, huwa appella lil kulħadd sabiex joħroġ jivvota u fakkar kif waqt pandemija, Gvern Laburista pproteġa aktar minn mitt elf impjieg
Robert Abela semma kif b’kutrast ma’ pajjiżi oħra, Malta żammet il-prezzijiet tal-enerġija stabbli, dan anke b’referenza għall-kriżi li hemm fl-Ukrajna.
Preżenti kien hemm ukoll il-Kandidati Laburisti tad-distretti li fihom jagħmlu l-Imġarr u Santa Venera.