Għas-sitta u għoxrin ta’ Marzu għandna elf proposta biex nagħmlu deċiżjoni dwarhom ħalli naqilbuhom f’elf kisba.
Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela meta żar il-lokalitajiet tas-Swatar u Ħal Balzan fejn iltaqa’ ma’ aktar nies li bi ħġarhom attendew sabiex jisimgħu l-indirizzi tiegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dr Abela fil-fatt tenna l-importanza ta’ din id-deċiżjoni fi żmien ftit jiem hekk kif din hija għażla li tiddetermina jekk immorrux lura għal żmien il-qgħad jew inkella għal żmien fejn pajjiżna jgawdi minn aktar ġid.
Il-Prim Ministru fost oħrajn semma l-proposti li jikkonċernaw l-anzjani fosthom iż-żieda fil-pensjonijiet u l-mediċini kollha b’xejn fil-formularju tal-Gvern.