Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela kompla jiltaqa’ man-nies fil-qalba tal-ibliet u l-irħula f’pajjiżna; illejla f’Misraħ il-Knisja f’Ħal Safi.
Huwa ngħata merħba mill-isbaħ minn dawk li nġabru biex jisimgħu l-messaġġ tiegħu, fejn tkellem dwar is-sitta u għoxrin ta’ Marzu li ġej; jum l-għażla.
Qal li l-pensjonanti jridu jagħżlu jekk iridux żieda ta’ ħmistax-il ewro fil-pensjoni tagħhom.
Bl-istess mod il-ġenituri jridu jagħżlu jekk iridux garanzija għal uliedhom u miżuri ġodda bħal għotjiet ta’ elf u ħames mitt ewro għal min ikompli jistudja wara l-edukazzjoni obbligatorja.
Il-Prim Ministru qal li nhar is-sitta u għoxrin ta’ Marzu hija għażla għal eluf ta’ familji li qed jgħixu b’kirjiet protetti jekk iridux imorru lura għall-passat mal-Partit Nazzjonalista u jispiċċaw bla saqaf fuq rashom.
Intant, kienu bosta dawk li ħatfu l-opportunità u ħadu ritratt mal-Mexxej Laburista.