“L-għażla tas-26 ta’ Marzu hija għażla bejn il-passat u l-futur.”
Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt laqgħa man-nies f’Ħal Luqa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dr Abela tenna kif il-mod ta’ kif pajjiżna tmexxa minn Gvern Laburista tul il-pandemija turi d-differenza minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti li fi kriżi ferm iżgħar ma investewx fil-poplu.
Il-Prim Ministru tenna wkoll li l-għażla tas-26 ta’ Marzu tfisser aktar żieda fil pensjonijiet, tnaqqis fit-taxxi għall-ħaddiema u n-negozji, proġetti ambjentali kbar fis-seba’ snin li ġejjin b’investiment ta’ seba’ mitt miljun ewro u ħemel ta’ miżuri favur it-tfal u l-ġenituri.