Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ ma’ wħud mill-isportivi li fl-aħħar xhur rebħu unuri internazzzjonali fi sports differenti.
Jakkumpanjah fil-Berġa ta’ Kastilja kien hemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isports Clifton Grima.
Is-Sur Paul Sultana mill-Malta Basket Ball Association faħħar l-impenn tal-Gvern fl-Isports. Is-Segetarju Parlamentari Grima qal kif dawn l-okkażjonijiet ikomplu jikkonfermaw kemm il-Gvern għandu għal qalbu l-isports.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal kif minn żmien għal żmien jilqa’ fl-uffiċċju lil kull min għamel unur fl-isports lill-Gvern u juri lill-poplu Malti u Għawdxi hemm riżultati pożittivi u tajbin.
Huwa qal kif il-Kumitat Olimpiku Malti għaddej fuq ħidma sabiex ikun hemm pjan konprensiv għall-isports. Qal kif bħala pajjiż qed nistennew investiment sportiv b’saħħtu, fejn il-Gvern lest li joħroġ il-flus basta li jkun hemm miri ċari.