Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, iltaqa’ kif imwiegħed ma’ rappreżentanti tal-grupp żgħir ta’ nisa li jsejħu lilhom infushom bħala Occupy Justice.
Quddiem il-media, f’diskors miktub minn qabel u moqri, ir-rappreżentanti ta’ dan il-grupp qalu lill-Prim Ministru li hu awtokratiku. Iżda, ladarba l-media kienet lesta minn xogħolha u ntfew il-cameras u l-ġurnalisti ħarġu mill-kamra, in-nisa ma baqgħux interessati li jitkellmu mal-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru stedinhom għal iktar diskussjonijiet, iżda donnu spiċċaw bla kliem. Qalu li m’għandhomx iktar xi jgħidu. Dan kollu kien spjegat fi tweet tal-kelliem tal-Prim Ministru. Intant, għal din il-laqgħa n-nisa reġgħu ħadu magħhom lil Michael Fenech Adami li qed ikun assenjat mill-Partit Nazzjonalista biex jorganizza.
Fir-ritratt jidhru Andrew Borg Cardona u Michael Fenech Adami, fost dawk fdati mill-PN biex jgħinu lil dan il-grupp żgħir ta’ nisa