Fi tweet il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ b’sodisfazzjon it-tbassir tal-aġenziji ta’ kreditu Fitch u Moody’s, li juru li pajjiżna se jkollu tkabbir eknonmiku matul l-2021 minkejja l-imxija tal-Coronavirus.
Il-Prim Ministru stqarr li din l-aħbar segwiet vot ta’ fiduċja fl-ekonomija Maltija mill-Aġenzija IMF.
Intant fi stqarrija l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna nnota li t-tkabbir fl-ekonomija tagħna mistenni jirkupra kwazi b’mod sħiħ fl-2021, u li l-aħħar tbassir ta’ Moodys u Fitch jikkonferma fuq kollox il-fiduċja li dawn it-tip ta’ aġenziji għandhom f’Malta u f’niesha.
After @IMFNews recent vote of confidence in #Malta‘s economy, @MoodysInvSvc and @FitchRatings affirm in separate independent reports that, despite #Covid-19 #pandemic, our economic prospects are stable and that we will be growing strongly again by 2021. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) April 18, 2020
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/18/zewg-agenziji-ta-kreditu-internazzjonali-jghidu-li-minkejja-l-covid-19-il-prospetti-ta-malta-huma-stabbli/