Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ r-riżenja ta’ Rosianne Cutajar minn Segretarju Parlamentari, pendenti l-eżitu tal-proċess tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Fi stqarrija l-Gvern ippubblika l-ittra tar-riżenja ta’ Rosianne Cutajar li fiha offriet ir-riżenja tagħha minn Segretarju Parlamentari.
Fl-ittra Cutajar tenniet b’mod kategoriku li filwaqt li kienet taf lil Yorgen Fenech, minn meta saret taf li hu akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, hija qatgħet kull kuntatt miegħu.
Rosianne Cutajar saħqet li f’dan iż-żmien se tkun qed tiddefendi isimha bl-aktar mod konvint u onest.
Il-Gvern qal li l-Prim Ministru wera l-apprezzament tiegħu għall-mod kif Rosianne Cutajar għażlet li ġġib l-interessi tal-Gvern u tal-pajjiż qabel tagħha personali.
https://www.one.com.mt/2021/02/25/toffri-r-rizenja-minn-segretarju-parlamentari-qatt-ma-uzat-il-politika-biex-tinfluwenza-xi-process1/