Il-Prim Ministru Robert Abela kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija fid-dawl ta’ rapporti fil-midja dwar kumpanija bl-isem ta’ Macbridge u allegazzjonijiet marbuta magħha.
Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġiet ippubblikata l-ittra mibgħuta lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà.
Fl-ittra l-Prim Ministru talab lill-Kummissarju tal-Pulizija li jekk dak kollu rappurtat mit-Times mhuwiex diġà qed jiġi investigat mill-Korp tal-Pulizija u ma jiffurmax diġà l-mertu ta’ inkjesta jew inkjesti Maġisterjali, dan jiġi investigat minnufih.
Il-Prim Ministru tenna l-fiduċja tiegħu fl-istituzzjonijiet investigattivi kollha li għandhom jibqgħu jaħdmu f’indipendenza u mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd.