L-isem ta’ Oliver Scicluna, li preżentament huwa l-Kummissarju tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità se jitressaq illum quddiem l-grupp parlamentari tal-Partit Laburista biex jiġi approvat ħalli jiġi co-opted fil-Parlament.
Dan ikkonfermah il-Prim Ministru Robert Abela fil-ħin tal-mistoqsijiet mill-ġurnalisti.
Qal li llum, f’laqgħa tal-grupp parlamentari se tiġi diskussa l-co-option ta’ membru parlamentari fuq in-naħa tal-Gvern.
Dr Abela qal li mbagħad, għalkemm mhux obbligat, se jmur quddiem l-eżekuttiv biex il-co-option ta’ Oliver Scicluna tkun approvat fuq livell tal-eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista.