Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mat-tim nazzjonali tal-waterpolo ta’ taħt il-15-il sena, f’Kastilja.
Huwa ferħilhom għad-determinazzjoni li wrew meta ftit tal-ġimgħat ilu, ħadu sehem f’kompetizzjoni internazzjonali.
Dr Abela sostna li r-riżultat li kisbu jawgura tajjeb għall-futur ta’ dan l-isport.