Fejn ħaddieħor parla aħna wasalna bil-fatti. Din kienet ir-reazzjoni tal-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat b’rabta ma’ diversi allegazzjonijiet qarrieqa li qegħdin isiru mal-aħħar żviluppi fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Huwa sostna wkoll li dak kollu li kellu jsir dwar dan il-każ sar. Dan minkejja li kien mhedded. Il-Prim Ministru stqarr: “Hemm persuna l-Qorti taħt att ta’ akkuża… hemm investigazzjonijiet li saru u għaddejjin biex kollox joħroġ fil-miftuħ. Hemm tliet persuni akkużati li wetqu dan id-delitt. L-affarijiet li kellhom isiru saru. jekk kien hemm xi ħadd li prova jaħbi l-affarijiet jew jaġixxi b’xi mod li l-affarijiet ma jiġux għar-riżultat ma rnexxielux.”
Tenna li ma kellu ebda obbligazzjonijiet lejn ħadd u l-każ issolva kif ried taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Dwar diskors li sar fuq arloġġ li ngħata u li kien jagħmel parti minn kollezzjoni ta’ 25 li saru fl-2004 b’rabta mas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, Dr Mucat qal li l-lista li se jħalli hu turi li dan hu l-uniku arloġġ li tħalla lill-istat Maltin.
Il-Prim Ministru sostna: “Jien ħallejtu hemmhekk, ta ħaddieħor fejnhu? Jien naf eżatt li kien hemm 25 arloġġ qed jingħad li kien hemm 25 arloġġ, jien l-arloġġ numru wieħed naf eżatt fejn hu qiegħed u għand min qiegħed. Jekk irid għand min qiegħed jew il-familja tiegħu tgħid hi fejn qiegħed dan l-arloġġ għax jidhirli li ma tħalla l-ebda wieħed taħt l-istat Malti jew jgħidu f’liema safe tal-istat qiegħed. Kastilja mhux qiegħed, fl-ebda reġistru mhu qiegħed. Min dawn l-arloġġi 25 wieħed hemm, dawn saru fl-2004 u ngħataw lil min daħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea. Lil dak it-tim li kien hemm.”
Mistoqsi dwar reġistru tar-rigali li rċivew Prim Ministri oħra, Dr Musct qal li dan kien kollu logħob bil-kliem hekk kif l-ebda Prim Ministru ma ddikjara r-rigali li daħħal iżda minflok tħalliet lista bl-inventarju ma’ kull kamra.
Dr Muscat tenna: “Hemm lista mal-bieb ta’ kull kamra x’hemm fil-kamra jew le dik mhix lista tar-rigali billi tgħid li kien hemm fil-kamra tħalla r-rigal tal-indipendenza li r-Reġina tat lil Borg Olivier allaħares ħadtu d-dar miegħek dak. Nista’ ngħid ta l-kollezzjoni t’affarijiet mhix xi kollezzjoni impressjonanti mill-indipendenza ‘l hawn.”