Illum il-Prim Ministru Robert Abela ħa t-tieni doża tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19.
Huwa qali li jinsab sodisfatt li fiċ-ċentri ta’ tilqim madwar il-gżejjer Maltin, il-programm ta’ vaċċinazzjoni għadha għaddejja b’ritmu tajjeb.
Dr Abela ħeġġeġ biex in-nies jitlaqqmu kontra l-Covid-19.
Il-Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema kollha fiċ-ċentri ta’ tilqim madwar il-pajjiż.