Ilbieraħ filgħaxija, waqt is-summit virtwali tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru Robert Abela ħa sehem fi skambju pożittiv mal-President tal-Istati Uniti Joe Biden.
Fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela qal li f’din il-laqgħa virtwali kienet diskussa l-koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.