Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab Palermo biex ma’ mexxejja u rappreżentanti minn 38 pajjiż jew organizzazzjoni internazzjonali, jiddiskuti l-ġejjieni tal-Libja. Dan hekk kif il-pajjiż għadu jsofri l-instabbiltà politika wara l-waqa’ tal-kurunell Muammar Ghaddafi.
Is-summit għandu l-għan li jwitti t-triq ‘il quddiem għall-għaqda u stabbiltà f’pajjiż li bħalissa huwa maqsum fi tnejn. Dan qabel mal-poplu Libjan jersaq lejn elezzjonijiet, li hemm il-ħsieb li jsiru fl-10 ta’ Diċembru li ġej.
Preżenti għal dan hemm ukoll uffiċjali għolja minn fazzjonijiet rivali fil-gwerra ċivili fil-Libja.
L-ewwel diskussjoni dwar is-summit sar ilbieraħ filgħaxija ftit wara l-wasla tal-Prim Ministru fil-kapitali ta’ Sqallija.