• Il-Partit Laburista jżid il-vantaġġ
Il-Prim Ministru żied l-appoġġ u baqa’ l-iktar mexxej fdat f’pajjizna. Dan fi stħarriġ tal-opinjoni pubblika tal-maltatoday magħruf bħala trust rating u li poġġa lil Joseph Muscat tmien punti fuq Simon Busuttil. Filwaqt li 40.9% qalu li jafdaw l-iktar lil Joseph Muscat, 33.2% qalu li jafdaw lil Simon Busuttil. Bl-istħarriġ isir fix-xahar ta’ Settembru meta l-Partit Nazzjonalista reġa’ kien qed jikkampanja fl-aqwa tiegħu, bil-Kap innifsu jsejjaħ Settembru bħala x-xahar tan-nazzjonalisti.
Meta mitluba jgħidu lil min jivvotaw jekk issir elezzjoni ġenerali l-Partit Laburista żied marġinalment filwaqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas wieħed fil-mija, biex f’dan il-mument il-Partit Laburista qed igawdi minn vantaġġ ta’ ftit inqas minn tlieta fil-mija. Ħafna ma ddikjarawx l-intenzjoni tal-vot tagħhom.