Dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela beda l-ġurnata tiegħu fit-toroq ta’ Raħal Ġdid. Huwa kellu ċans jisma’ aktar dak li jgħixu u jħossu n-nies.
Dr Abela esprima s-sodisfazzjon li ħass meta sema’ kif il-ħidma li qed iwettaq il-Gvern f’bosta oqsma qed tkompli ġġib bidla fil-ħajja ta’ kuljum ta’ bosta familji u negozji.
Il-Prim Ministru Abela sema’ wkoll l-isfidi li n-nies qed iħabbtu wiċċhom magħhom u wiegħed li l-Gvern immexxi minnu se jibqa’ jkun qrib in-nies.
Dawn il-laqgħat saru skont id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.