Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se jkun qed jipproponi sabiex id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo jiġi dekorat f’Jum ir-Repubblika.
Meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara li ndirizza l-ftuħ tal-konferenza ta’ Ernst & Young bit-tema ‘Malta Future Realised’, il-Prim Ministru Robert Abela sellem il-memorja ta’ Robert Arrigo.
F’kitba fuq Facebook aktar qabel Robert Abela qal li Arrigo kien ġentlom u f’ħajtu ta kontribut kbir lis-soċjetà f’diversi oqsma.
Dr Abela qal li m’hemmx dubju li fil-Parlament se tinħass it-telfa tiegħu.
Isma’ qal il-Prim Ministru: