“Dan se jkun l-aktar Gvern li jinvesti fil-middle class u l-familji.”
Sosnta dan il-Prim Ministru Robert Abela fir-replika tiegħu għall-Baġit 2024 fejn fiha kompla jispjega f’aktar dettal il-viżjoni ta’ dan il-Gvern għal pajjiżna, favur ‘Malta Ġusta.’
Il-Prim Ministru spjega f’aktar dettall investiment li se joħloq karrieri ta’ kwalità li minnu jgawdu wkoll iż-żgħażagħ u l-familji.
“Issa wara ħidma kbira li saret min-naħa partikolari tal-Ministeru tal-Ekonomija, u din il-kumpanija infurmawna li f’pajjiżna se jinvestu €74 miljun ewro u se joħolqu 180 karriera speċjalizzata u sodisfatt inħabbar li l-estensjoni tal-impjant tagħhom dalwaqt se tkun qiegħda tinbena taħt il-koordinazzjoni ta’ Indis Malta u investiment kbir fil-makkinarju.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Hekk kif Dr Abela sostna li din hija l-politika ekonomika ta’ vera u li twassal sabiex aktar ġid jasal għand in-nies anke permezz ta’ impjiegi ta’ kwalità, saħaq li din il-ħidma tmur id f’id mal-isfidi li qed ikompli jindirizza l-Gvern, fosthom iż-żieda fl-għoli tal-ħajja
Għalhekk hawn aċċenna fost oħrajn għat-tisħiħ fil-mekkaniżmu addizzjonali għall-għoli tal-ħajja u li minnu se jgawdu d-doppju tal-familji, biex b’hekk l-middle class ta’ pajjiżna tkompli tiġi protetta quddiem effetti inflazzjonarji kawża ta’ sfidi internazzjonali.
“Dan il-mekkaniżmu se jkun legat ieħor ta’ dan il-Gvern Laburista. U tistaqsuni – se nieqfu hawn? U jien inweġibkom: Dan il-Baġit, it-tieni minn ħamsa, baqalna tlett Baġits oħra b’saħħithom ġejjin. Li hu żgur hu li jekk irridu Malta Ġusta, il-Gvern irid ikun hemm għan-nies quddiem I-isfidi kbar li tiffaċċja d-dinja. U fil-każ tal-inflazzjoni mhux eċċezzjoni.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Fil-fatt, il-Prim Ministru fir-Replika tiegħu kompla jsostni l-għajnuna kbira li ta l-Gvern lil middle-class, fosthom anke bl-allokazzjoni kbira finanzjarja biex tagħmel tajjeb għas-sussidji b’rabta maż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija.
Hawn Dr Abela anke għamel aċċenn għall-politika tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista b’rabta’ ma’ dan.
“Imma insaqsi, x’middle-class tista’ tibni jekk tgħolli l-kontijiet tal-enerġija? Ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni qalli tkomplux tidħku bin-nies fuq is-sussidju tal-enerġija. Ħa ngħidlek min jidħak bin-nies – min imur jgħidilhom li xtara d-diesel orħos mil-Lussemburgu – aktar minn erbgħin ċenteżmu ogħla minn Malta jiswa hemm. Jekk tgħolli I-enerġija l-uniku riżultat ikun li I-middle-class tkissirha, u lil min qed fil-faxxa ta’ isfel, tgħaffġu. Kif għamlu I-Gvernijiet ta’ qabel l-2013.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Sadanittant, il-Prim Ministru temm isostni l-importanza tal-implimentazzjoni tal-Baġit Malta Ġusta biex flimkien bħala pajjiż nibqgħu mexjin ’il quddiem.
“Ħadna t-tieni baġit minn ħamsa. Kunu magħna biex inwettqu l-pjan għal Malta Ġusta.”
Il-Prim Ministru Robert Abela