Waqt sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba organizzata mill-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medj, il-Prim Ministru ħabbar li ntlaħaq ftehim mal-kumpanija li tmexxi l-Port Ħieles.
Qal li wara diskussjonijiet li saru l-Freeport se jċedi d-dritt tiegħu favur il-komunità milli jaħdem minn Terminal 1 u l-Gvern se jinvesti fil-Port Ħieles biex bastimenti jsorġu iżjed ’l barra fejn krejnijiet li jerfgħu l-kontejners issa se jkunu iżjed ’l barra b’inqas ħoss u inkonvenjent għan-nies ta’ Birżebbuġa