Fit-Teatru Orpheum fil-Gżira l-Prim Ministru ħabbar ftehim mal-importaturi prinċipali ta’ ċertu ikel.
Dr Robert Abela qal li l-Gvern se jagħti likwidità lill-importaturi jiġifieri flus biżżejjed biex dawn jixtru biżżejjed prodotti u jkollna ħażna biżżejjed.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jipprovdi l-post fejn se jinħażnu dawn il-prodotti.
Dawn se jinħażnu f’Kordin.
B’hekk ġiet eliminata l-possibilità li ma jkollniex ħażna biżżejjed tal-ikel u li jiżdiedu l-prezzijiet ta’ ċertu prodotti.