Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar li hemm pjanijiet biex jinbidel ir-raba vapur tal-Gozo Channel għal wieħed aktar ħabib tal-ambjent u servizz tal-ajru bejn iż-żewġ gżejjer.
Dr Abela qal dan f’sessjoni oħra mill-Konferenza li qed jorganizza l-Partit Laburista f’Għajnsielem bit-tema ‘Inġeddu Malta Flimkien’.
Wara li sema’ bosta interventi minn bosta kelliema, il-Prim Ministru saħaq li Għawdex se jgawdi minn rekord ta’ fondi Ewropej.
Qal, “Il-pakkett, il-budget finanzjarju Ewropew, dak li kien imiss lil Għawdex u ġie nnegozjat fl-2012 kien ta’ mija u għaxar miljun ewro. Illum se niddedikaw mija, tnejn u sittin miljun.”
Fid-diskors tiegħu Dr Abela qal li s-sessjoni mill-Konferenza kompliet turi uniformità bejn dak li qed jgħidu n-nies u l-pilastri ewlenin li qed jaħdem fuqhom il-Gvern partikolarment fil-gżira Għawdxija.
Dawn huma l-qalba diġitali, li l-gżira tiġi ħielsa mill-karbonju u kwalità ta’ ħajja aħjar.
Dwar l-ewwel pilastru l-Prim Ministru tenna li dan ġie indirizzat billi ssaħħet il-konnettività permezz b’investiment fir-raba vapur u s-servizz tal-Fast Ferry.
Spjega, “Illi mhux biss se inħallu r-raba’ vapur, imma flimkien ma’ Clint qed inħarsu lejn kif ninvestu biex ikollna r-raba’ vapur ta’ livell aħjar milli hu llum, partikolarment fil-mod kif se jiġi mħaddem, jiġifieri l-mezzi ta’ enerġija li biha dan il-vapur se jkun qed jopera. Għax iva, kif semmejt, huwa importanti li jkollok vapur ta’ kwalità aħjar imma li jkollok ir-raba’ vapur li huwa l-iktar favur l-ambjent u b’emissjonijiet baxxi.” “L-air link bejn iż-żewġ ġżejjer se isir. rabta. Kif twettaq servizz ta ‘lanċa mgħaġġla I jwettaq servizz ta’ konnessjoni bl-ajru. Din se isir b’mod sostenibli li xogħlijiet li se isiru mhux se imoru lil’ hinn minn l-art li hija commited diġa, jiġifiri mhux se titiħed l-ebda art agrikola biex tkun tista timmaterjaliza l-air link. Kif wettaqna s-servizz tal-fast ferry inwettqu servizz tal-air link.”
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-ekonomija f’Għawdex hekk kif tenna li fi żmien ta’ pandemija hawnhekk sar miraklu ekonomiku.
Dan permezz tal-iskema tal-Covid Wage Supplement fost oħrajn.
Dr Abela tenna l-mira li l-gżira Għawdxija ssir l-ewwel gżira ħielsa mill-karbonju hekk kif l-isfida fit-tibdil tal-klima hija waħda serja u importanti.
Qal, “Għandna mira ambizzjuża oħra ħafna, li Għawdex ikun l-ewwel post fil-Gżejjer Maltin li jilħaq il-Carbon Neutrality. Ejja nifhmu, kemm tkellimna li kienet kbira l-isfida tal-pandemija? L-isfida li titratta t-tibdil fil-klima hi akbar għax tolqot diversi aspetti tas-soċjetà. Minn dik l-isfida, l-għaqal tagħna hu li ndawruh f’opportunità.”