“Ir-reviżjoni tal-pjan lokali li qed issir bħalissa fil-Marsa, għalija tibqa’ proġett ħolma, li verament nixtieq inwasslu sat-terminu tal-kariga tiegħi.”
Kien b’dan il-mod li l-Prim Ministru indirizza mistoqsijiet dwar it-tibdil tal-pjanijiet lokali waqt li poġġa għal intervista mat-Times.
Filwaqt li wieġeb dwar il-proġett ta’ Villa Roża u ċċara li ma hemmx permessi ġodda għal dan il-proġett hekk kif il-bdil propost fil-pjanijiet lokali jinsab miftuħ għal-konsultazzjoni pubblika, Dr Abela fakkar f’ħemel ta’ proġetti fejn Gvern Laburista mhux biss ssalvagwardja l-pjanijiet lokali iżda wkoll bidilhom biex jipproteġi ċertu siti fosthom dak ta’ Ħondoq ir-Rummien.
Intant, il-Prim Ministru rrimarka l-importanza tal-bilanċ kull meta jiġi propost tibdil fil-pjanijiet lokali sabiex l-ebda dritt ma jiġi mittiefes.
Ara wkoll: