Minn Settembru li ġej, se tinqata’ l-lista ta’ stennija fl-Isptar Mater Dei għal dawk li qed jistennew operazzjoni tal-katarretti. Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt il-programm ‘Popolin’ fuq ix-xandir nazzjonali.
Dr Abela spjega li l-Gvern uża r-riżorsi kollha mediċi, fosthom l-Isptar prinċipali u fil-privat fejn it-trattament ukoll jitħallas mill-Gvern.
Qal li l-operazzjonijiet tal-irkoppa, il-hip replacement u oħrajn ortopediċi wkoll għandhom isiru mill-aktar fis.
Il-Prim Ministru qal ukoll li bħalissa hemm miftuħ it-tender biex jitkabbar id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.
Dwar is-saħħa mentali, Dr Abela qal li l-Gvern se jkompli bil-ħidma biex is-servizzi jkunu fil-komunità. Semma li għaddejja ħidma biex isir l-isptar akut għas-saħħa mentali biswit l-Isptar Mater Dei.