F’kummenti lill-ġurnalisti llejla, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-informazzjoni li Bernard Grech kien ilu snin ma jħallas it-taxxa ingħatat lilu minn sors fil-Partit Nazzjonalista.
Bi kliem ċar, il-Prim Ministru qal li huwa informa b’dan lill-awtoritajiet, kif huwa d-dover ta’ kull ċittadin lill-awtoritajiet, f’dan il-każ lil Kap tad-Dipartiment tat-Taxxa Marvin Gaerty.
Il-Prim Ministru qal li huwa ma ddiskuta xejn dwar il-fatt li Bernard Grech kien ilu ma jħallas it-taxxa iżda informa biss lill-awtoritajiet għaliex huwa d-dover ta’ kull ċittadin li fejn jara nuqqas, jinforma lill-awtoritajiet.
Il-Prim Ministru Robert Abela rrimarka li ma jifhimx il-fatt li f’daqqa waħda qed jiġi ġustifikat il-fatt li għandna Kap tal-Oppożizzjoni li għamel snin ma jħallas it-taxxa u li ħallas it-taxxa meta ġie biex jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/12/28/il-pulizija-ticcara-li-r-rapport-tat-times-dwar-investigazzjoni-finanzjarja-fih-asserzjonijiet-li-mhumiex-korretti/