Il-Prim Ministru Malti Robert Abela nnota n-nifs li l-Amerka tat permezz tal-President Joe Biden fil-Konferenza COP26, biex tiġi indirizzata l-isfida tat-tibdil fil-klima.
Dan intqal mill-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali, hekk kif ippubblika ritratt mal-President Amerikan Joe Biden waqt il-Konferenza fi Glasgow.
Dr Abela qal dan hekk kif waqt din il-konferenza organizata min-Nazzjonijiet Uniti, il-President Amerikan qal li din il-Konferenza hija l-bidu u mhux it-tmiem tal-vjaġġ.
Il-Prim Ministru Malti qal li l-isfida tal-bidla fil-klima hi sfida globali u quddiemha m’hemmx żgħar jew kbar.
Innota l-impenn tal-Istati Uniti biex bħala dinja nwettqu l-bidliet meħtieġa.
Il-Prim Ministru Malti nnota li l-isfida hija kbira imma l-istess hija t-tama li nibdluha f’opportunitajiet.