Fid-diskors tiegħu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar kif fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jinħatru tmien ġudikanti wara sejħa pubblika.
Dan hekk kif ikkonferma li se jinħatru erba’ Maġistrati u erba’ Imħallfin ġodda, b’investiment ta’ żewġ miljun ewro aktar fis-sena.
Hawnhekk hu tenna l-fiduċja tiegħu fil-ġudikatura ta’ pajjiżna fejn ma naqasx milli jagħmel referenza għall-proċess aktar trasparenti u ta’ governanza tajba biex jinħatru dawn il-membri tal-ġudikatura.
Spjega kif permezz ta’ dan il-proċess, il-politiku ma jagħżilx hu l-membri tal-ġudikatura kif kien jiġri qabel.