Bl-għajta ‘Insaħħu lill-Ħaddiem’ u fil-ġimgħa li se jiġi ċċelebrat Jum il-Ħaddiem, Il-Prim Ministru Robert Abela fuq Facebook ħabbar li se jiġu implimentati aktar miżuri għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.
Il-Prim Ministru qal li f’xhur fejn pajjiżna ffaċċja pandemija, il-bżulija tal-ħaddiem Malti u Għawdxi kienet kruċjali biex pajjiżna baqa’ miexi ‘l quddiem u saħaq li l-Gvern ra li filwqt li jilqa’ għall-isfidi, jibqa’ jsaħħaħ lill-ħaddiem.
B’ton ta’ determinazzjoni Robert Abela tkellem kif il-Gvern salva x-xogħol u appoġja kemm felaħ lin-negozji. Dan filwaqt li ngħataw ftehimiet kollettivi ġodda, żdiedet in-nefqa soċjali u fuq kollox ġiet imħarsa s-saħħa ta’ kulħadd.
Il-Prim Ministru temm billi qal li l-ħaddiem Malti għandu ġejjieni sabiħ quddiemu u li se nkomplu ninvestu f’pajjiż isbaħ, nattiraw iktar investiment u noħolqu opportunitajiet ġodda.