F’dikjarazzjoni ċara u skjetta il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan mhux ser ikun l-aħħar Budget tiegħu.
Waqt konferenza tal-Gvern b’reazzjoni għall-qari tal-Budget għas-sena d-dieħla, il-Prim Ministru kien mistoqsi mill-ġurnalisti jekk dak kienx ser ikun l-aħħar Budget tiegħu bħala Prim Ministru ta’ Malta.
Madankollu l-Prim Ministru xejjen kull dubju u mingħajr ma’ ta ċans lil ġurnalist itemm il-mistoqsija tiegħu wieġeb “Le.”