Waqt intervista f’attività politika f’Birkirkara, il-Prim Ministru semma messaġġ li rċieva wara li preżenta proposta t’estensjoni tas-servizz tal-IVF bl-aktar teknoloġija moderna.
Il-messaġġ kien mingħand raġel li flimkien ma’ martu ppruvaw ikollhom wild bl-IVF iżda ma rnexxiex u issa se jkollhom imorru barra minn Malta biex jagħmlu dan il-proċess li se jiswihom eluf ta’ ewro.
Il-Prim Ministru talab lil dak ir-raġel iwaqqaf il-pjanijiet u serraħlu rasu li jekk jingħata l-fiduċja, b’emendi fil-liġi u bl-aħħar teknoloġija, jara li f’pajjiżu dan ir-raġel u martu jkollhom id-dritt li jsiru ġenituri.