Il-Prim Ministru Joseph Muscat awgura fejqan ta’ malajr lid-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi.
Dan wara li l-Membru Parlamentari Frederick Azzopardi, membru tad-delegazzjoni Maltija li bħalissa qiegħda l-Marokk għal-laqgħa tal-Ħarifa tal-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtá u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, ħassu ma jiflaħx u qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa f’ċentru mediku.