Illejla l-Prim Ministru Robert Abela attenda għal waħda miċ-ċerimonji tal-gradwazzjonijiet tal-istudenti li qed isiru fl-Università ta’ Malta.
Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Dr Abela fisser l-esperjenza tal-gradwazzjoni bħala waħda emozzjonanti.
Saħaq li kien onorat li attenda għal din iċ-ċerimonja u awgura personalment lill-gradwati l-ġodda.
Illejla saret l-aħħar ċerimonja tal-istudenti li gradwaw fis-sena akkademika li fiha faqqgħet il-pandemija.
Din l-aħħar ċerimonja kienet tinvolvi studenti li studjaw fil-Fakultà tal-Liġi.