Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-għaqdiet u l-istudenti fl-MCAST waqt il-Freshers’ Week li qed tilqa’ mat-8,000 student fil-kulleġġ fejn saħaq li l-opportunitajiet għall-istudenti tal-MCAST iridu jissarrfu f’esperjenzi ta’ suċċess.
Il-Prim Ministru nnota li, fil-bidu ta’ dan is-sajf, il-Gvern intervjena biex l-istudenti jieħdu dak li ħaqqhom, jiġifieri jirċievu l-assessjar tax-xogħol li wettqu tul is-sena ta’ tagħlim.
Hu spjega li l-letturi jixraqilhom l-aqwa kundizzjonijiet u ftehim kif il-Gvern diġà assigura mal-istess unjin tal-edukaturi fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja.
Waqt il-Freshers’ Week fl-MCAST, il-messaġġ ewlieni hu “L-istorja tas-suċċess tiegħek, tibda hawn”, fejn l-istudenti qed jiġu mħeġġa jkomplu bil-vjaġġ edukattiv u jiksbu aktar ħiliet li jwassluhom għal karrieri ta’ kwalità.