Is-Sibt filgħodu, il-Prim Ministru Joseph Muscat żar il-fiera Malta Comic Con. Din il-fiera li qed issir fl-MFCC Ta’ Qali qed tesebixxi ghexerin ta’ comics, b’dawk kemm lokali u barranin.
Waqt iż-żjara tal-Prim Ministru tnieda l-ktieb ‘Wicked Ghost Stories of Malta’, li sar b’kollaborazzjoni ta’ Heritage Malta u l-Kunsill Malti għall-Arti. Dan il-ktieb juri fih l-istejjer relatati mal-ħiersa u l-kultura Maltija.










Din hija l-11-il edizzjoni ta’ din il-fiera li hija miftuħa llum sas-6 ta’ filgħaxija u għada bejn il-11 ta’ filgħodu u s-7 ta’ filgħaxija.
Flimkien mal-Prim Ministru żar din il-fiera l-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici.