Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żaru ċ-ċentru ġdid tat-tilqim għal kontra l-Covid-19.
Permezz ta’ dan iċ-ċentru, il-Gvern qiegħed jagħti spinta fl-għoti ta’ tilqim lill-pubbliku.
Dan se jwassal biex il-pjan ta’ vaċċinazzjoni se jersaq ’il quddiem b’diversi ġimgħat.
Fil-fatt bħalissa persuni li għandhom aktar minn ħamsin huma mistiedna jirreġistraw biex jieħdu t-tilqima.
Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne segwew il-ħidma minn wara l-kwinti fil-proċess ta’ tilqim.
Huma rringrazzjaw lill-ħaddiema li qegħdin iwettqu f’dawn iċ-ċentri ta’ vaċċinazzjoni bil-għan li r-rata ta’ tilqim f’pajjiżna tkompli tkun fost l-aqwa waħda fid-dinja.