Il-Prim Ministru Robert Abela bagħat l-awguri tiegħu u tas-Sinjura Lydia Abela lil Jake, tifel ta’ 7 snin minn Marsaskla, wara li dan bagħat kartolina lill-Prim Ministru li pinġa hu stess.
Fuq il-midja soċjali Dr Abela ta l-isbaħ xewqat lit-tfal kollha ta’ Malta u Għawdex u qal li jixtieq jarahom dejjem bi tbissima fuq wiċċhom.